Nafu li d-ditta lussuża Maltija Charles & Ron qed tagħmel ħafna suċċess dan l-aħħar. Iżda li forsi ma nafux huwa kemm hu verament kbir dan is-suċċess, tant li qed jagħmel impatt fuq livell internazzjonali.

Fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, id-disinjatur Ron van Maarschalkerweerd Borg kiteb “Grazzi 2019. Jidher li kienet sena produttiva ħafna. Grazzi lil kulħadd li kien parti minnha.”

Flimkien mal-messaġġ tiegħu, Ron tefa’ madwar 75 ritratt tal-personalitajiet famużi internazzjonali li libsu  ħwejjeġ mid-ditta lussuża tiegħu u ta’ Charles. Qed taqtgħu min huma?

Facebook/Ron van Maarschalkerweerd Borg


Nicole Barbara