Kif diġà nafu, it-tieni sensiela tal-programm X Factor qiegħed fil-proċess li jiġi rrekordjat sabiex jixxandar aktar tard din is-sena. Madankollu, diġà nistgħu nilmħu xi uċuħ li qegħdin jittantaw xortihom, u fosthom insibu r-rebbieħa tal-Junior Eurovision Song Contest tal-2015 Destiny Chukunyere.
Instagram / @xfactormalta
Ġo filmat minn wara l-kwinti maħruġ fuq il-profil ta’ Instagram tal-kompetizzjoni, wieħed jista’ jilmaħ tfajla li hija aktarx il-kantanta Destiny, u għalhekk għandna xi ngħidu li għaddiet għat-tieni fażi ta’ wara l-awdizzjonijiet: il-Bootcamp. Destiny qabel kienet ippruvat għall-11-il sensiela tal-konkors Brittaniku Britain’s Got Talent, fejn irnexxielha tasal sat-tieni semifinali; barra minn hekk serviet ta’ backing vocalist għal Michela f’Tel Aviv għall-Eurovision li għadda, ir-rebbieħa tal-ewwel sensiela ta’ X Factor Malta.
ESCMalta
Barra minn Destiny nistgħu nimlħu artist ieħor fil-filmati li ħarġu X Factor Malta, Matt Black. Huwa kien diġà stqarr fuq Facebook li kien applika għat-tieni staġun tal-programm, u hawnhekk nistgħu nikkonfermaw li laħaq daqstant il-fażi ta’ Bootcamp id f’id ma’ ismijiet bħal Destiny.
Instagram / @xfactormalta
Lil min aktar taħsbu li se jasal quddiem fil-kompetizzjoni?
Instagram / @destinyofficial_x