Tiftakru kemm-il darba sibtu ruħkom f’nofs ċirku dduru d-dawra durella ma’ sħabkom tal-iskola? Jekk togħġobkom biżżejjed, issa għandkom iċ-ċans tpoġġu t-taqbila fuq il-malja wkoll! Desjinatriċi lokali qiegħda tispira ruħha minn taqbiliet ta’ dan it-tip, tant li issa qed jagħmlu parti mill-ħwejjeġ li tħit. X’ma tiggustahomx!

Dawn id-desinji nħolqu minn ditta lokali jisimha Churpina, u Charlene Joan Sant hija l-moħħ u l-ħajjata warajha. Hija tisħaq fuq kemm hi kburija bil-wirt li għandna Malta, u dan jiġi rifless fil-prodotti li għandha għall-bejgħ magħmulin kollha minn idejha. Deskritta bħala ditta tal-għawm fil-qalba il-Mediterran, il-ħwejjeġ ta’ Churpina huma mżejnin b’desinji ħelwin daqskemm huma kkuluriti.

Pic

Design

Facebook / Churpina

Dawn mhumiex l-uniċi desinji tad-ditta li jfaħħru l-wirt Malti kif ukoll il-lingwa tagħna: bosta desinji oħrajn li ħalqet il-ħajjata lokali jixhdu l-wirt naturali tal-gżejjer Maltin, id f’id ma’ kliem sempliċi iżda sabiħ, bħal ‘xewk’, ‘warda’, jew ‘ħamra pepprina’.

Facebook / Churpina


Kurt Gabriel Meli