Qisu l-bieraħ meta dsatax-il sena ilu Joseph Chetcuti nieda l-ewwel programm tas-serje tant popolari Araniissa - serje maħbuba tassew mill-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Serje li saret parti ikonika mill-qasam tax-xandir ġewwa gżiritna! U bir-raġun, għax anke din is-sena - fid-dsatax-il edizzjoni - Joseph Chetcuti se jwiegħed sorpriżi u stejjer dejjem akbar u emozzjonanti.
Huwa tassew il-programm li jixhed il-polz tagħna l-Maltin u l-Għawdxin, programm li jiċċelebra dawk il-ħafna eroj siekta li, minn ġewwa s-skiet ta’ djarhom, tassew jgħixu ħajja ta’ ammirazzjoni kbira.
L-ewwel programm ta’ din is-sena mhu ser ikun xejn ħlief speċjali. Għaliex Joseph u t-tim tiegħu ta' Araniissa għażlu lil Duncan - żagħżugħ minn Birżebbuġa li t-tbissima tiegħu tisraqlek qalbek.
Xi ngħidu għal Roberta - din il-mara li għaddiet minn tant għawġ f’ħajjitha u t-tim jinsab ċert li l-istorja ta’ Jasmine se tisraq il-qlub tal-Maltin kollha din il-ġimgħa - min hi Jasmine? Minn xiex inhi għaddejja u x’sorpriża eċċezzjonali ħejja Joseph u t-tim tiegħu ta' Araniissa għal din it-tfajla hekk speċjali.
Dan u aktar għada, is-Sibt 5 ta’ Ottubru! Araniissa - Trid tara biex temmen! L-ewwel programm tad-dsatax-il edizzjoni... Titilfuhx!