Sabiħ immens li turi l-apprezzament lil dawk tal-familja li dejjem ikunu hemm għalik u dil-familja għandha messaġġ mill-isbaħ għan-nanna: "Grazzi ta' kulma tagħmel mat-tfal. Inħobbuk ħafna. Ma nafx x'nagħmlu mingħajrek!".

Ritratt: ONE / Araniissa

Joseph Chetcuti, fuq dak kollu li sema' jgħid li n-nanna Nina tilqa' fil-familja lil kulħadd u tħobb lil kulħadd bl-istess mod. Infatti jiddeskrivuwha bħala l-bastun tal-familja. Kull min jaraha ġo Ħaż-Żebbuġ għandu kliem ta' tifħir għaliha.

Ritratt: ONE / Araniissa

In-nanna Nina, kienet tilfet il-ġenituri tagħha meta kienet għadha żgħira imma għandha qalb kbira u tgħin lil kulħadd! Anke l-professjonisti tal-programm qalu li bla ma trid issir tħobbha għax hi mara vera ħelwa u ta' qalb tajba.

Ritratt: ONE / Araniissa

"J'Alla l-Bambin iżommok magħna u jtik l-għomor" kien wieħed mill-messsaġġi tan-neputijiet tagħha. Barra minn hekk in-nanna ingħatat makeover mill-aqwa flimkien ma' bosta rigali. In-nanna rringrazzjat lil kulħadd ta' kull m'għamel magħha!


Emil Calleja Bayliss