Fl-2022 ingħata bidu għall-istazzjon lokali ġdida Tokis, inizjattiva ta’ GO TV li permezz tiegħu reġgħu taw il-ħajja lil bosta produzzjonijiet tal-passat, li żgur huma familjari mal-poplu Malti u Għawdxi.
Apparti minn hekk, GO tawna xelta ta’ produzzjonijiet ġodda, b’uħud minnhom li komplew sena wara l-oħra. Fosthom hemm Noli u Min imissu?!. L-iskeda mżewwqa li tawna GO hi xi ħaġa hekk:
It-Tnejn
18:25 – Il-Madonna taċ-Ċoqqa
20:40 – Iċ-Ċaqqufa
It-Tlieta
18:25 – Il-Madonna taċ-Ċoqqa
20:40 – The Women Of George Cross Island
L-Erbgħa
18:25 – Il-Madonna taċ-Ċoqqa
20:40 – Chalet
Il-Ħamis
18:25 – Il-Madonna taċ-Ċoqqa
20:40 – Noli
Il-Ġimgħa
18:25 – Il-Madonna taċ-Ċoqqa
20:40 – Gizelle
Is-Sibt
18:25 – Il-Madonna taċ-Ċoqqa
Wara nofsinhar – Iċ-Ċavetta Ta’ Pandora
Il-Ħadd
18:25 – Il-Madonna taċ-Ċoqqa
20:40 – Min Imissu?!
F’April li ġej ser ikun qed jirritorna l-karattru maħbub mill-Maltin u l-Għawdxin kollha, L-Ispettur Leonard. Ismu se jkun propju b’dan l-isem, L-Ispettur Leonard, li huwa spin-off li oriġina mis-sitcom li ma tintesa qatt, Simpatiċi.
Titilfuhomx! Mhux ser jiddispjaċikom! Żommu infurmati b’dak kollu li jkun għaddej fuq Tokis u bl-aġġornamenti li jkollhom il-GO billi tidħol fis-sit uffiċjali HAWN.