Il-programm tal-ġimgħa li għaddiet qajjem diskussjoni kbir. Ivan Gaffiero wara l-programm irċieva messaġġ. "Ġesù Kristu jħobbok kif int! L-orjentazzjoni sesswali tiegħek mhux int għażilta. Alla jammira is-sincerità ta' qalbek u jħobbok kif int! Kompli agħmel il-ġid! Il-Mulej ibierkek." Ivan kiteb: "Dan messaġġ li bagħatli qassis wara Xarabank", messaġġ ta' kuraġġ li żgur ġie apprezzat!
Ritratt: Facebook / Ivan Gaffiero
Aħna tkellimna ma' Ivan u qalilna: "Wara Xarabank inħoss li n-nies Maltin saru ħafna moderni u iħobbu lil kulħadd kif inhu. Tnax-il sena ilu l-affarjiet kienu mod ieħor, kien hemm min kien isabbatli l-bieb f'wiċċi, illum il-ħajja hija differenti, però ma naċċetta qatt li xi ħadd bħal Fr David Muscat jgħid kliem jew iweġġa' lil xi ħadd. B'kelma persuna jista' jasal anka għal suwiċidju.
Nemmnu li dan hu messaġġ qawwi ħafna! Wieħed għandu joqgħod attent xi jgħid għax kelma taf twassal għal tmiem ta' ħajja.
Facebook / Ivan Gaffiero