Xi ġmiel tara nies pożittivi bħal Mark Bajada li għandu 25 sena mix-Xagħra Għawdex li jagħti sehemu kontinwament fil-komunità u fil-parroċċa tant li hu stess itenni kemm iħossu kuntent.

Filmat li ttella' mid-Djoċesi ta' Għawdex jelenka l-ħidmiet li jagħmel Mark tant li huwa wkoll ħaddiem tal-posta u attiv kontinwament fil-parroċċa.

Idoqq il-qanpiena tal-Knisja, jipprepara l-affarijiet tal-quddies, jgħin u jiġbor ukoll l-offerti. Il-festa ta' San Anton Abbati jħobbha ħafna u jgħin ukoll fl-armar u fl-għaqda tal-banda.

Aħna minn Gwida nawgurawlek minn qalbna Mark u ngħidulek li inti ispirazzjoni għal bosta! Grazzi li qsamt il-ħsieb tiegħek mal-pubbliku!

Ritratti: Djoċesi ta' Għawdex/ Facebook


Clifford Galea