Wieħed mill-finalisti ta' X Factor Malta, Kyle Cutajar il-Ħadd li għadda ta interpretazzjoni tal-bliegħ. Kyle jgħaddi għat-tieni programm tal-Live Shows ta' X Factor Malta. Fuq il-profil tiegħu Kyle qasam mal-ammiraturi ritratt ħelu li ttieħed eżatt wara li kanta. 

Kyle deher jgħannaq lil ommu Janice waqt li qalilha kliem mill-isbaħ. "Dan ir-ritratt jitkellem waħdu. Grazzi tas-sapport kontinwu u li tinbuttani fl-iskola anke meta ma ħsibtx li hu neċessarju għalija li nkomplu. Grazzi wkoll talli dejjem tħeġġiġna nkun aħjar f'dak kollu li nagħmel! Inħobbok ħafna". 

Kliem sabiħ u mimli mħabba! Ċertament li l-Ħadd li għadda, Kyle irnexxielu jirbaħ ħafna qlub għat-talent u l-vuċi impekkabli tiegħu. 


Anthony Baldacchino