Is-sit VisitMalta ħabbar il-lista ta’ żoni turistiċi li fihom ma jistax isir xogħol ta’ twaqqigħ u tħaffir għax-xhur tas-sajf.  Il-perjodu eżatti huwa bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2022. 

Din l-inizjattiva ser tkun bi sħab bejn l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni u l-Awtorità tal-Ippjanar u l-iskop tagħha huwa sabiex ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ma jħallux impatti fuq il-vaganzi li jgawdu kemm turisti kif ukoll Maltin li jżuru dawn iż-żoni fis-sajf.

Jekk wieħed jinnota li xorta waħda qed isir dan it-tip ta’ xogħol f’dawn iż-żoni, għandu jirrapporta l-każ lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni fuq 8004 9000, jew fuq 99637508 (Malta) u 99098855 (Għawdex).

Agħfas HAWNHEKK biex tara l-lista sħiħa ta' dawn it-toroq.


Marija Bellia