Bħal-lum 10 snin ilu, l-kantanta u preżentatriċi Corazon Mizzi għamlet pass importanti f'ħajjitha u fil-karriera tagħha. Ġabet id-direttorat.

Illum tefgħet ritratt fuq il-profil tagħha biex turi x'għamlet biex tiċċelebra  u tfakkar dan il-jum prezzjuż. "U peress illi xi hadd fakkarni illi llum ghalaqt 10 snin li gibt id-Dottorat, iddecidejt li niccelebra billi naqta’ xaghri u ngibu aktar ‘Notarili’."

M'għandnix xi ngħidu, s-segwaċi kellhom kliem ta' tifħir u għoġbithom d-dehra tagħha daqs qabel! Fosthom ikkummentat ommha l-għażiża Mariella u faħritha kemm għad-dehra, u kif ukoll bis-suċċessi kollha li kisbet tul il-karriera tagħha. "U lilek, Corazon, ngħidlek prosit mhux biss għad-dottorat, imma għal dak li għamilt bih tul dawn l-10 snin. Kburija ħafna bik". 

X'dehrilkom intom minn din il-bidla? Awguri  u ibqa' għamel il-ġid Corazon!


Kyle Zarb