Missier Kurt Calleja u Kevin Paul, Brian, għalaq is-sittin sena, punt important li l-familja Calleja ddeċidew li jiċċelebraw!

 

Ovvjament ma naqasx li Kurt u Kevin idoqqu ftit mużika flimkien fostom Purple Rain, Stand By Me, What's Up, Wake Me Up u Ring Of Fire.

 

Insomma l-familja kollha spiċċaw ikantaw biċċa, għax il-mama Rita kantat Xemx...

 

…u ħuhom Kyle spiċċa jkanta ma’ Kevin ukoll!

 

Kurt ħalla xi kliem ukoll pubblikament lil missieru f’din il-ġurnata, u fost l-oħrajn qallu:

Ix-xogħol iebes tiegħek, id-dedikazzjoni, passjoni, u ġentilezza, poġġewk f'episodji ta' sfidi, iżda għaliex qiegħda fin-natura tiegħek li tmur tajjeb man-nies, u bil-fidi tiegħek f'Alla, dejjem jirnexxilek darba wara l-oħra, u għal din ir-raġuni nibqa nammirak, u nħares lejk bit-tama li nkun bħalek.

Jidher li kien lejl divertenti mmens għall-familja Calleja. Awguri!


Luke Borg