Fuq il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali Hal Ghaxaq ttellgħu ritratti ta' siġra tal-Milied li ma tantx rajna bħalha qabel f'pajjiżna!

Din hija siġra tal-Milied "Maħduma bil-ganċ u hija l-ewwel siġra ta' dan il-qies ġewwa Malta." Il-kunsill lokali rringrazzja lill-moħħ wara din l-opra tal-arti, Rose Vella minn Heavenly Creations by Rose Vella. 

Fil-fatt dan kollu sar għal għan partikolari! "Maħduma bil-ganċ u hija l-ewwel siġra ta' dan il-qies ġewwa Malta. "Il-ħsieb huwa li wara jinħietu kutri sabiex jitgawdew mill-anzjani li jinsabu fir-residenzi tal-anzjani madwar Malta. Prosit u Grazzi lil kull min huwa nvolut."

Minn qalbna ngħidu prosit lil Rose kif ukoll lil dawk kollha li bis-saħħa tagħhom ngawdu l-ispirtu tal-Milied minkejja d-dalma li ninsabu fiha!

Instagram/ kappavision_gram


Kyle Zarb