Il-ġimgħa l-oħra Sarah Zerafa urietna kif tista’, bi ftit ħsieb, tagħti l-impressjoni li tidher ħafna itwal milli verament inti. Għafas HAWN jekk għadek ma rajtx dan il-filmat. Issa Sarah qasmet ftit sigrieti ta’ x’tista tagħmel biex tieħu ritratti aħjar meta tkun liebsa dublett twil.

L-ewwel sigriet huwa li mhux tieħu erba’ ritratti u tagħżel minnhom. Ħu diversi ritratti fl-istess ħin bil-faċilita’ tal-burst, b’hekk tista’ taqbad il-moviment tad-dublett, b’mod illi ma jirnexxilekx taqbdu jekk tieħu ritratt wieħed ma’ kull poża.

L-għexieren ta’ ritratti li tkun għadek kemm ħadt, durhom wieħed wieħed biex tagħmel ċert li tkun għażilt l-aħjar ritratt.

Meta tkun għażilt l-aħjar wieħed, editjah sabiex tirranġa ċertu rqaqat bħall-orizzont (rotazzjoni tar-ritratt sabiex jiġi dritt), id-dawl u l-kulur fost l-oħrajn.

L-aħħar pass ikun dak li taqsam ir-ritratt ma’ sħabek u tistenna r-reazzjonijiet deħlin!

Instagram / @sosazerafa


Luke Borg