Bħall m’hawn min jibza’ mid-dlam, minn xi insett jew minn xi annimal, Ron Briffa għandu biża’ għal xi ħaġa li għal ħafna nies jaf tidher li m’għandha xejn li jbeżżgħek u hija wkoll parti minn ilbies bħal qomos.

Il-logħba ‘What’s in the box’ tintlab billi jkun hemm kaxxa b’xi ħaġa misterjuża fiha fejn il-parteċipant irid idaħħal idu u jaqta’ x’hemm fil-kaxxa.

Waqt din il-logħba, li tintlab ta’ spiss fuq Serataron bejn il-mistiedna tal-programm, ħa sehem ukoll il-preżentatur Ron fejn fil-kaxxa sab li kien hemm platt bil-buttuni.

Forsi mhux kulħadd jaf dwar dan, però Ron għandu fobja mill-buttuni u malajr resaq il-bogħod kif ra x’kien hemm fil-kaxxa.

Din il-biża’ kienet inkixfet ukoll fl-ewwel edizzjoni ta’ Min Imissu?! ftit ta’ snin ilu, fejn Ron kien il-mistieden tal-programm u waqt rokna partikolari bdew ibeżżgħuh bil-buttuni.


Henzley  Bezzina