Forsi f'moħħok ma jiġikx li dj tal-mużika moderna iffissat tant fuq il-Milied. Iva hekk hu; Ryan Spiteri iffissat fuq il-Milied. Tant li jibda jarma daru minn Ottubru. Mhux għax irid għaliex ikollu jagħmel hekk tant kemm għandu x'jarma. Propja dar tal-Milied. Atmosfera festiva.

Ritratt: Facebook/ Ryan Spiteri

Saħansitra għandu villaġġ sħiħ li trid seba' għajnejn biex tarah. Ċriev u kemm sab Father Christmasses xtraħhom. E bilħaqq, għandu luna park tal-Milied ukoll! Mużika tal-Milied; żgur mhux tal-klabbs... u kull tip ta' tiżjin ieħor. Xi ġmiel Ryan! Għandek x'tagħmel mhux ħażin.

Min jaf kif iħossu meta jiġi biex iżarma dak kollu! Kemm tidher vojta d-dar!!! Inti tarma għall-Milied jew? Għidilna ftit!!! Kont naħseb li jien iffissat fuq il-Milied; għaddejtni sew Ryan! Prosit!

Ritratt: Facebook/ Ryan Spiteri

Ritratt: Facebook/ Ryan Spiteri


Clifford Galea