Il-Karnival tas-Sajf se jerġa' lura fi tliet rħula mifruxin madwar Malta: Birżebbuġa, Buġibba u Marsaskala. Dan l-avveniment qed ikun organizzat minn Festivals Malta b'kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali rispettivi, u se jittella' f'dawn il-lokalitajiet fi ġranet differenti bejn it-18 u l-20 ta' Awwissu mit-8pm 'il quddiem.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, li qal li l-Karnival tas-Sajf hu opportunità oħra biex l-artisti li jaħdmu fil-qasam tal-karnival jesebixxu t-talenti tagħhom lill-pubbliku u lit-turisti li jżuruna fil-ġranet sajfin.

hg

Ritratt: Facebook / DreamTeam Carnival Company

“Il-Karnival tas-Sajf mhux biss huwa opportunità għan-nies li jgħixu f'Malta biex jesperjenzaw il-kuluri, il-karrijiet u ż-żfin li jġib miegħu l-Karnival ta' Malta fuq skala iżgħar, imma wkoll huwa mezz li bih nistgħu nxerrdu l-għarfien dwar il-karnival bħala tip ta' artiġjanat artisiku," qal il-Ministru Bonnici.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programm ta' Il-Karnival tas-Sajf 2023, żur HAWN

Facebook/ DreamTeam Carnival Company


Kyle Zarb