Fuq is-sit ta’ Ħadd Għalik naraw filmat tassew umoruż bi sfida ġdida lil Mario Coleiro u lil Pj Vassallo Mintoff sabiex jagħmlu attentat għall-Pole Dancing. Flimkien maż-żeffiena Naomi, li hija tassew b’saħħitha u grazzjuża fil-movimenti tagħha, turihom mossa li jridu jagħmlu eżattament bħalha. Bla dubbju kemm Mario u kemm Pj isibuha iebsa mmens għalkemm Pj jirnexxielu jdur ftit mal-arblu darba u tnejn.

 Pj ħin minnhom ħa angolu daqsxejn ħażin u ħabat ġol-arblu u kliemu propja kienu “Qed ninsa li jien raġel!”

Il-kompetizzjoni jirbħuha t-tnejn li huma talli kienu kuraġġużi u ħadu l-isfida b’serjetà liema bħalha.

Prosit u grazzi tat-tbissima li poġġejtulna fuq wiċċna.

Facebook / Ħadd Għalik


Rowena Calleja