Fadal biss xahar għall-ġimgħa tal-Malta Eurovision 2025! Din is-sena ser ikollna l-ewwel semifinali fl-4 ta' Frar, it-tieni semifinali fis-6 ta' Frar u l-finali fit-8 ta' Frar, bħal-lum xahar. Waqt xandira diretta l-preżentaturi Daniel u Ylenia bdew billi ħabbru d-dehra tal-palk tal-MFCC.
Apparti minn hekk ħabbru l-marka l-ġdida tal-Malta Eurovision b'logo ġdid. Il-fażi l-iktar eċitanti kienet meta ġew biex iħabbru f'liema semifinali u f'liema post ser ikantaw il-kanzunetti. Ir-ri'ultati ġew hekk:
L-Ewwel Semifinali:
Ftuħ: Hideaway – Mark Anthony Bartolo
Silenced – Raquela
Whistleblower – Haley
Heaven Sent – Kristy Spiteri
Wildflower – Marie Claire
Juno – Victoria
Festa (No Time For Siesta) – JVF
Control – Matthew Cilia
Qalb ma’ Qalb – Adria Twins
Still I Rise- Justine Shorfid
Te Amo – Dre’ Curmi
Għeluq: Aziza Kurt Calleja
It-tieni semifinali:
Ftuħ: 365 – Kelsey Bellante
Unheard – Krista Sujak
Love Me Loud – Kelsy Attard
Kant – Miriana Conte
Yo Listen – Martina Borg
Għażliet – Dario Bezzina ft Żeppi l-Muni
Concrete – Nathan
Lablab (Talk Talk) – Stefan Galea
Miegħek Biss – Kurt Anthony
LalaRaTaTaKeKe LalaRaTaKaBum – Kantera
Rubble & Stone – The Alchemists
Għeluq: Breaking the cycle – Miguel Bonello
Mil-filmat t'hawn taħt tista' tisma' parti minn kull kanzunetta, u eventwalment tista' tismagħhom sħaħ billi tidħol HAWN