Permezz ta’ post fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tagħhom, The Malta Police Force ħarġu avviż biex kemm jista’ jkun il-pubbliku jevita din it-triq magħluqa biex kemm jista’ jkun jiġi kkontrollat it-traffiku fit-toroq tal-qrib.
“Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw Triq il-Mitħna, il-Mosta” kitbu huma u dan għaliex “t-triq tinsab temporanjament magħluqa minħabba li tqaċċtet parti minn siġra.” Huma żiedu jgġidu wkoll li “L-Awtoritajiet jinsabu fuq il-post biex ineħħu kull periklu.”
Tajjeb li wieħed isegwi dawn l-istruzzjonijiet biex traffiku żejjed jiġi evitat! Biss tajjeb li wieħed jaħtaf l-opportunita wkoll biex jirringrazzja lill-Pulizija ta’ Malta tax-xogħol siewi u kontinwu li qed jagħmlu ta’ kuljum!