Ninsabu biss ġurnata bogħod mill-bidu tal-Malta Eurovision 2025, fejn 24 kanzunetta ser tikkompeti biex tirrappreżenta lil pajjiżna ġewwa Basil, fl-Iżvizzera. Din is-sena s-semifinalisti li ntgħażlu fit-12 ta' Diċembru 2024, inqassmu fi tnejn, 12 u 12.
Għada ser jikkompetu l-ewwel 12-il kanzunetta waqt l-ewwel semifinali, fejn tmienja minnhom biss ser javvanzaw għall-finali tas-Sibt. M'għandniex xi ngħidu, s-Sibt ser ikollna 16-il kanzunetta li ħa jkunu pass eqreb għaċ-ċans li jitilgħu Basil għal Malta.

Ritratt: Facebook/ Eurovision Song Malta
Ftit mumenti ilu Eurovision Song Malta ħabbru l-ordni li fiha ser ikanaw il-kanzunetti. Ser jiftaħ is-semifinali Mark Anthony Bartolo u ser jagħlaq is-serata Kurt Calleja. It-12-il kanzunetta fl-ordni li ser ikantaw huma hekk: