Ftit tal-ħin ilu, sit Tork tefa’ filmat li juri lil Pelin Kaya, il-mara li nqatlet ġewwa l-Gżira wara li qalgħet daqqa ta’ karozza, fl-aħħar mumenti tagħha flimkien ma’ dawk għeżież għaliha.

F’dan il-filmat, Kaya tidher qed tiċċelebra jum għeluq sninha, fejn jidher ukoll il-famuż kejk ispirat mis-serje Friends. Agħfas HAWN biex tara dan il-filmat.

Sadanittant, il-familja tagħha rringrazzjaw lill-awtoritajiet Maltin wara li ġisem Pelin ħalla Malta lejn it-Turkija u qalu li ser jibqgħu jemmnu li ssir ġustizzja wara dan il-qtil inġust lejn din il-mara innoċenti. Jiddispjaċina li ġara dan.

www.haberturk.com


Henzley  Bezzina