Sikwit jitħabbru numru ta' toroq u lokalitajiet li ser ikun hemm qtugħ ta' dawl fihom.
Fuq il-mezzi soċjali ta' spiss jitħabbar kif u meta iżda issa għandek metodu kif issir taf aktar malajr. L-Enemalta għandha wkoll servizz ta’ twissija b'SMS li jibgħat messaġġ b’informazzjoni dwar qtugħ tad-dawl fil-viċinanzi lil kull min jabbona. Tista' tirreġistra HAWN.
Għall-jiem li ġejjin tista' tidħol fis-sit biex tara fejn qed jinqata' d-dawl.