Reflex Total Fitness qed jagħmlu stedina lil dawk kollha li jixtiequ jitrasformaw ħajjithom, ibiddlu l-isil ta' ħajja tagħhom, jonqsu mill-piż u jħossuhom aħjar. Mis-Sibt li għadda huma bdew programm ta' individwi se jingħaqdu ma' grupp ta' (massimu) 10 persuni għal tmien ġimgħat li jinkludi dan kollu.

  • Sessjonijiet ta’ gruppi ta’ informazzjoni dwar in-nutrizzjoni għal siegħa fil-ġimgħa!
  • Pjan ta' nutrizzjoni mfassal individwalment, b'diversi pariri u għajnuna fejn meħtieġa.
  • Appoġġ għall-attività fiżika u l-istil tal-ħajja mfassal għal kull individwu.
  • Aċċess għall-app tan-nutrizzjoni u l-attività (app apposta ta' Reflex Total Fitness)
  • 3 klassijiet fil-ġimgħa, adattati għal kull livell ta' saħħa.
  • Membership sħubija ta' gym għal xahrejn inkluż pjan ta' taħriġ li jistgħu jsegwu l-individwi.
  • Sfidi ta' nutrizzjoni u fitness ta' kull ġimgħa.

Dan il-programm, ħa jgħin lil dawk kollha li jidħlu għalih jitgħallmu kif jagħmlu bidliet tanġibbli żgħar li jammontaw għal bidla massiva u pożittiva fl-istil ta’ ħajja. Permezz tiegħu int titgħallem dwar il-pedamenti ta' nutrizzjoni tajba u tibda timplimentahom f'ħajtek.

Ħa jkollok iċ-ċans li tesplora u tifhem x'inhuma l-kaloriji u n-nutrijenti differenti li ġismna għandu bżonn biex jiffunzjona sewwa, bħal xaħmijiet, proteini, karboidrati u fibra. Barra minn hekk, tagħti ħarsa lejn vitamini u minerali u l-importanza tagħhom għal saħħitna.

Titgħallem toħloq il-pjan tal-ikel tiegħek stess b'ikel li fil-fatt tieħu gost tiekol billi tuża ikel frisk, naturali u sustanzjuż. Grazzi għal dan kollu int titlef jew iżżid il-piż b'pass sigur u b'saħħtu waqt li tipprovdi lil ġismek in-nutrijenti li teħtieġ.

Int ser tibni relazzjoni aħjar mal-ikel billi titgħallem tekniki dwar kif trażżan ix-xewqat u tikkontrolla l-ikel emozzjonali, kif ukoll titgħallem kif taqra t-tikketti tal-ikel sewwa biex tkun tista' tieħu deċiżjonijiet infurmati meta tixtri ikel.

Permezz ta' app, int faċilment ser isegwi l-konsum tal-ikel tiegħek u b'hekk tkun aktar konxju ta' kif tiekol u jippermettilek tagħmel aġġustamenti żgħar biex tikseb ir-riżultati li trid.

Barra minn hekk, tifhem kif tinkorpora l-eżerċizzju b'mod sostenibbli f'ħajtek, u tattendi żewġ workouts pjaċevoli fil-ġimgħa mal-bqija tal-grupp taħt is-superviżjoni ta' trainer professjonali li se jkun qed jgħallmek kif tagħmel eżerċizzji kif suppost sabiex ittejjeb is-saħħa tiegħek b'mod ġenerali u tevita korrimenti.

Matul it-tul tal-programm, ikollok ukoll aċċess għall-gym sabiex tieħu ħsieb ġismek, kif ukoll attività fiżika u appoġġ għall-istil ta' ħajja mfassal għal kull individwu. Tajjeb li ngħidu li hemm offerti differenti li wieħed jista' jagħżel, u wieħed jista' jagħżel li jieħu l-offerta ma' xi ħabib jew membru tal-familja wkoll. 

Min irrid aktar informazzjoni dwar dan kollu jista' jidħol HAWN u jsib aktar dettalji. 


Gwida.mt