Wara li ħafna profili tal-Facebook Maltin ġew hacked ftit tal-jiem ilu, ħafna huma nkwetati jekk id-dettalji personali tagħhom issa jinstabux f’idejn ħżiena.
Olandiż li jgħix Malta ħoloq sit fejn wieħed jista’ jdaħħal in-numru ċellolari tiegħu sabiex jiċċekja jekk id-dettalji tal-profil kienux fost dawk li ġew hacked. Is-sit tista’ ssibha hawn.
Għal dak li jista’ jinqala fil-futur, wieħed għandu jiżgura l-privatezza tiegħu billi jbiddel l-passwords ta’ spiss u juża l-multifactor authentication.