Daħlet u daħlet sew fil-kalendarju tagħna, tant u hekk li ħafna jibdew jaraw x'ħa jagħmlu eżatt fl-aħħar ta' Ottubru biex jgħaddu siegħa żmien ma' sħabhom jew inkella mal-familja tagħhom! Il-produtturi ta' Dar il-Waħx u Haunted Prison ħa jingħaqdu ma' Kumpanija Ingliża biex itellgħu l-produzzjoni Séance bil-parteċipazzjoni ta' Dr. Thomas Charles Craig u s-Séance Vittorjan!
It-tema ta' din is-sena ddur mal-ispirti u l-istejjer magħżula huma stejjer Maltin, li l-udjenza tista' faċilment tiddentifika magħhom. Jista' jagħti l-każ li minn jattendi ħa jitkexkex kif jisma' dak li qed iħejji Dr. Thomas Craig. Temmen jew le, ħa tħallik b'ħaqlek miftuħ! Siegħa ta' divertiment mhux tas-soltu, speċjalment jekk tispiċċa parti mill-ispettaklu int ukoll!
In-nies din is-sena ħa jkollhom iċ-ċans li jpoġġu bilqiegħda u jsegwu quddiemhom dak li jkun għaddej, b'differenza mis-snin ta' qabel fejn kienu jimxu minn kamra makabra għal oħra. Tinkwetawx għax żgur ħa tħalli mpatt fuqkom. Hemm taħlita tajba ta' manipulazzjoni tal-moħħ, effetti speċjali u wkoll leġġendi tal-waħx Maltin. Kull min iħobb dan il-ġeneru għandu xalata.
Id-dati huma bejn il-31 ta’ Ottubru sat-3 ta’ Novembru, u hemm diversi spettakli kuljum. Barra minn hekk sejra ssir ġewwa l-Belt Valletta wkoll! Għal aktar informazzjoni u booking online, wieħed għandu jmur fuq is-sit elettroniku www.maltaseance.com. Tħallux għall-aħħar għax titilfu din l-opportunità ta’ darba! Jekk għad hawn nies li jippreferu jixtru billjetti manwalment, wieħed jista jċempel fuq dan in-numru 9939 1653.