Fuq il-paġna uffiċjali ttellgħu xi ritratti li juru bidla totali fit-tim ta' Min Imissu? 

Bosta rreaġixxew hekk kif it-tim deher kompletament differenti, b'għadd ta' uċugħ li qatt ma rajna bħalhom fuq Min Imissu? It-tim saqsa anke għall-opinjoni tal-pubbliku dwar id-dehra tat-tim ġdid li wrew.

Int x'taħseb minn dawn?!

Jekk qed tgħid bejnek u bejn ruħek kemm jixbħu lill-karattri li ssoltu naraw f'din il-produzzjoni, m'intix qed tgħid ħażin. Jekk smajt bil-famuża 'FaceApp' u x'tagħmel din, tinduna li din kienet kollha biss waħda minn tagħhom!


Kyle Zarb