Karattru ħelu u tista’ tgħid li fuq it-televiżjoni ġibed is-simpatija ta’ kulħadd. Khaled Riani ilu jgħix Malta għal bosta snin u ntegra sew mal-komunità Maltija. Infatti hu jgħid li ilu jgħix f’Malta iżjed milli għex f’pajjiżu: il-Libja.

Bniedem storbjuż u dejjem bi tbissima. L-hena tiegħu fuq il-palk fejn jallegra lil dak li jkun. Beda l-karriera tiegħu bħala animator u minn hemm beda jintgħoġob u jingħata partijiet f’diversi serjè televiżivi lokali. Imma kif beda l-laqam tal-Ġinġer?

Meta saqsejna lil Khaled qalilna hekk: “Meta bdejt nidher fuq it-televixin bdejt naħseb fi stage name. Il-mara qaltli ‘Peress li int comedian għalfejn ma tagħżilx l-isem tal-Ġinġer kontra l-kulur tiegħek?’ Ma tantx kont naf xi tfisser imma meta spjegatli għoġbitni u b' hekk twieled il-Ġinġer.” Kemm hu sabiħ li niċċajtaw bina nfusna stess. Tgħallimna Ġinġer!

Ibqa’ tbissem Khaled. Irridu narawk iżjed!


Clifford Galea