Ilbieraħ il-mudella ċelebri Maltija Sue Rossi tefgħet ritratt li jmur lura għall-1992 li kienet ħadet waqt photoshoot fil-Ġamajka.

Bosta kienu l-kummenti li nkitbulha b'awguri li sal-lum ma nbidlitx.

Sue Rossi hija l-organizzatriċi ta' Miss World Malta flimkien ma' Claudia Calleja u li minn żmien għall-ieħor jorganizzaw spettakli tal-moda fil-gżejjer Maltin.

Bdiet il-karriera tagħha ma' Ray Ashley u Miss Anne Borg fejn aktar tard imbagħad kienet ukoll rebħet scholarship fl-iskola tal-mpda: Model Nouveau School, f'Nottingham l-Ingilterra.

Simpatika, saqajha mal-art u maħbuba. Nawgurawlek aktar suċċessi u kuntentizza f'ħajtek Sue!

Ritratti: Sue Rossi/ Facebook


Clifford Galea