Meta wieħed ikun qed jara il-programm Ħadd Għalik, ikun qed jistenna żewġ timijiet jikkompetu kontra xulxin u bejn riklam u ieħor, joħorġu l-kantanti residenti ta’ Ħadd Għalik ikantaw biex iżidu mal-varjetà. Imma l-Ħadd li għaddha spiċċa jkanta wieħed mill-parteċipanti.

Qabel ma taħsbu li kien hemm xi kantant professjonali, li rajna kemm-il darba fuq it-televiżjoni jew inkella jikkompeti f’xi festival lokali, nista’ nassigurakom li dan ma kienx il-kas. Jikkompetu fil-programm kien hemm il-forzi armati kontra uffiċjali korrettivi.

Claudio għat-tim tal-forzi armati kien spiċċa jkanta lil mara tiegħu fil-ġurnata tat-tieġ bħala sorpriża u donnu t-tim ta’ Ħadd Għalik pjana kollox biex Claudia jerġa’ jkanta, din id-darba waqt il-programm quddiem Malta sħiħa. Jidher li ħa gost u kulħadd kompla miegħu.

Is-suldati li kienu qed jilgħabu akkupanjawh bi ftit ħsejjes u Claudio kanta l-kanzunetta Stand By Me, kanzunetta oriġinali ta’ Ben E. King. Aħna ħa nħallu lilkom tisimgħu lil Claudio Muscat ikanta... imma hemm ċans tajjeb li ta’ X Factor kienu jkunu interessati fit-talenti ta’ dan is-suldat simpatiku.

Tgħid Ħadd Għalik ħa jipprova jsir il-post fejn niskopru talenti ġodda? Għidilna x’taħsbu fis-sezzjoni tal-kummenti fuq Facebook! Taħsbu li Claudio għandu l-X Factor jew le?

Facebook / Ħadd Għalik - The Foto Grafer


Emil Calleja Bayliss