Kif kulħadd jaf mill-ewwel jiem ta' Ġunju 2021, Malta ser tkun qed tilqa' aktar turisti. Fil-lista tal-postijiet minn fejn ħa jkunu jistgħu jiġu t-turisti, żdied ieħor.

Il-linja tal-ajru Ryanair se żżid ir-rotta ta' Ġenova mill-Italja lejn Malta. Dan ħa jibda mis-sajf li ġej. Is-sit Television Malta rrapporta li żewġ titjiriet fil-ġimgħa huma mistennija li jiġu operati bejn Malta u l-kapitali tal-Ligurja, li tinsab fit-Tramuntana tal-Italja.

Minbarra Malta, Ryanair se topera wkoll titjiriet minn Ġenova għal Bari u Napli, u għal Stansted f'Londra.

View this post on Instagram

A post shared by Ryanair (@ryanair)


Kyle Zarb