Hekk kif mil-lum is-Sibt l-ilbies tal-maskra sar obligatorju, il-pulizija qiegħda kontinwament tagħmel rondi biex tara li kulħadd qed jimxi mar-regoli.

Kif irrapurtaw Television Malta il-pulizija jidhru jduru kullimkien u fejn hemm bżonn jidhru li qed iwaqqfu lil min ma jilbishiex. Fil-filmat ta' Television Malta nistgħu naraw għadd kbir ta' nies li qed jimxu mar-regolamenti kif suppost.

Il-multa għal min ma jkunx liebes il-maskra hi ta' 50 ewro, u jekk ma titħallasx fil-pront kapaċi titla' sa 100 ewro.

ARA HAWN kif qed isiru r-rondi u aktar informazzjoni.

View this post on Instagram

A post shared by Polizist=Mensch (@polizistmensch) on

Instagram/ theweatherpagemalta


Kyle Zarb