Mixta Drama ħarġet film qasir bl-isem ta’ ‘Valentinu fil-Ħanut ta’ Ġaħan’.
F’dan il-film naraw koppji ta’ eta żgħira li bis-sempliċità kollha tagħhom qattgħu Jum San Valentinu fir-restorant ta’ Ġaħan, u għalkemm mordnawx affarijiet kbar u ta’ prezz għoli xorta waħda kienu kuntenti. Mill-banda l-oħra, koppja adulta marru jieklu fl-istess restorant imma r-raġel qatta’ l-ħin fuq il-mowbajl, iddeċieda l-għażla tal-ikel għat-tfajla tiegħu, u għalkemm xtralha ħafna affarijiet prezzjużi xorta waħda ma kinitx kuntenta għax ma tahiex attenzjoni.
Ġaħan tagħna tagħlima meta mar fuq ir-raġel u qallu li setgħu qattgħu dan il-jum bl-iktar mod sempliċi għax l-importanti hu li turi l-attenzjoni u l-imħabba lejn min tħobb.
Filmat u ritratt: Facebook / Mixta Drama / TekTek