Bħalissa l-weightlifter Maltija, Yazmin Zammit Stevens tinsab it-Tajlandja sabiex tieħu sehem f’kompetizzjoni tal-weightlifting!
Għat-tieni darba, Yazmin se tkun qed tikkompeti fil-World Championships, li din is-sena qed isiru f’Pattaya fit-Tajlandja. Din il-kompetizzjoni bdiet jumejn ilu, fit-18 tax-xahar u se tibqa’ għaddejja sas-27 ta’ Settembru.
Yazmin se tkun qed tikkompeti ma’ diversi atleti mill-aqwa madwar id-dinja. Tajjeb li ngħidu li Yazmin hija l-uniku Maltija li rnexxielha tieħu sehem f’din il-kompetizzjoni prestiġjuża! X’unur dak!
Għal din il-kompetizzjoni, Yazmin tidher li hi preparata sew. Qabel ma tikkompeti, qed tkompli tipprepara ruħha u għandha l-opportunità li titrennja ġewwa t-Tajlandja mal-aqwa weightlifters fid-dinja!
Jekk tixtieq tara lil Yazmin tikkompeti, tista' tagħmel dan nhar it-Tnejn fis-7 ta’ filgħodu, fil-ħin ta’ Malta. F’isem Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Yazmin! Ninsabu ħerqanin sabiex narawha tirrappreżenta lil pajjiżna f’kompetizzjoni prestiġjuża bħal din! Żguri li se tagħti prestazzjoni mill-aqwa!
Instagram / @yazmin.stevens