Bħal dejjem Dr. Frank Portelli qasam fuq il-midja soċjali informazzjoni u pariri li tajjeb li wieħed jagħti każ.

Din id-darba Dr. Portelli ta erba' punti forma ta' struzzjonijiet li bihom kapaċi jkollna sitwazzjoni aktar ikkontrollata. Fosthom semma l-importanza li d-djar tax-xjuħ ikunu protetti. 

"Dawn fejn hemm l-iktar nies vulnerabbli. Għamilt contact tracing jien u sibt li anzjani li jkollhom ta' bil-fors imorru għal treatment MDH ma tagħmlux kwarantina. Sibt numru ta' każi li jinfettaw djar tal-anzjani minn MDH".

Ta' min jgħid li għalkemm dawn huma punti tajbi, għandu jiġi mill-poplu nġenerali wkoll.  Jeħtieġ li nkunu aktar persuni responsabbli għalina nfusna u għal xulxin. Il-miżuri u restrizzjonijiet qegħdin hemm għal skop u mingħajrhom mhux se nimxu 'l quddiem.

Facebook/ Frank Portelli


Kyle Zarb