Ara Din L-Idea Sublimi Kif Tgawdi L-Vaganzi Tal-Għid Ma' Radisson Blu!

Fil-fatt fil-lukanda ta’ San Ġiljan ser ikun hemm varjetà enormi ta’ menus għal kull ħin tal-ġurnata, mill-kolazzjon ta’ filgħodu sal-ikla ta’ filgħaxija. Ara x’qed joffru Radisson Blu  għal dan L-Għid!

The Bridge Bar

Hawnekk tista’ ssib għażla vasta ta’ cocktails biex tifriska u tgawdi minn togħmiet differenti. Issibilhom anke xarba te tradizzjonali akkumpanjata minn ħlewwiet delizzjużi.





Le Bistro Bar

Hawn hu l-post ideali fejn torganizza l-ikla ta’ nofsinhar jew tal-pranzu. L-istaff eċċezzjonali ta’ Le Bistro Bar għandu lista ta’ riċetti lesti għalik u għall-maħbubin kollha tiegħek. 

Xi platt ravjuwl jew ross bi zlazi tal-ġenn, sa ikla ħaruf imħawwar biz-zalzett Malti, ħxejjex u aktar! 



Kontiki

Bejn is-13:00 u t-15:00 ta’ wara nofsinhar fir-ristorant Kontiki joffru għażla vasta fil-menu tagħhom li kapaċi jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Għall-festi tal-Għid qed joffru set menus adattati kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti, b’xarbiet ta’ luminata jew ilma bla limitu, inklużi fil-prezz.

Tfal taħt il-ħames snin jieklu B’XEJN!

U għal dawk li jixtiequ jestendu l-vaganzi tal-Għid tagħhom ma’ Radisson Blu u jgawdu bil-kbir, hemm l-għażla li jqattgħu lejl jew tnejn fil-lukanda. Radisson Blu joffru trattament ta’ spa u anke għandek fejn tqatta’ ħin ta’ rilassament ħdejn il-pool.

Ara aktar dwar dan billi tidħol fil-menu tal-Għid HAWN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI