Hekk kif hu mistenni li jidher fiċ-ċinema madwar xahar ieħor, Toy Story 4 jinsab fuq fomm kulħadd u huma bostá li jinsabu lesti biex imorru jġeddu ftit memorji ta’ tfulithom u jkomplu storja li x’aktarx l-aħħar darba li segwew kien ftit snin ilu mhux ħażin.
Tul dawn l-aħħar jiem ħareġ it-tieni trailer ta’ dan il-film. Trailer li ta togħma tajba ta’ dak li se nkunu qed naraw fiċ-ċinema dalwaqt. Kif inhu mistenni, Woody, Buzz Lightyear u sħabhom se jkunu l-karattri prominenti f’dan il-film iżda mistenni jiddebutta karattru ġdid bl-isem ta’ Forky li mhu xejn ħlief furketta tal-injam li spiċċat qalb il-ġugarelli ta’ Bonnie li hi s-sid il-ġdid tal-karattri ta’ din l-istorja.
Bħall ma ġara f’kull film preċedenti, il-ħajja ta’ dawn il-ġugarelli qatt mhi ward u żgħar tant li din id-darba se jħabbtu wiċċhom ma’ għadd ta’ avventuri biex iġibu lura lil Forkie wara li tkun intilfet. Li hu ċert hu li Rex, Jessie, Mr. Potato Head u l-karattri kollha l-oħra għamlu l-impossibli biex fl-aħħar Forkie reġa ingħaqad magħhom.
Iżda mhux se niżvelaw iżjed minn dan il-film. Inħallu lilek tmur issegwih u tidħol fid-dinja ta’ Toy Story!
Instagram / @toystory