Il-President tal-Amerika Joe Biden illum qasam mas-segwaċi tiegħu ritratt ħelu mal-kelb tiegħu Commander. Milli jidher, mhux in-nies biss iħobbu s-sajf, iżda anka l-annimali. "Ara ħadd ma jgħidlu li spiċċa s-sajf!" kiteb il-President biex juri kemm dan il-kelb jogħġbu dan l-istaġun. Nistgħu biss nimmaġinaw kemm iħobb jaqbeż fl-ilma mela, fil-ġranet fejn ix-xemx taqli l-ankri!

Dan il-kelb daħal fil-familja Biden fl-20 ta' Diċembru 2021, u huwa t-tielet kelb tagħhom tar-razza German Sheperd. Qabel Commander, il-familja kellhom kelb jismu Champ, iżda kien miet. Commander ingħata lill-President Biden bħala rigal tal-Milied mingħand ħuħ James u l-mara tiegħu Sara Biden. 


Nicole Zammit