Iva u mhux ċajta! L-attur Kevin De Leonardo li rajnieh jinterpreta ħafna karattri fid-drama Maltija jistqarr fuq Ħadd Għalik li hu nannu.

Proprjament kienet Angie li kixfitu! Angie tgħid li hi u Kevin kienu ħbieb sa minn ċkunitom. Tgħid li Kevin minn dejjem kien attur ..."konna nkunu klikka u dejjem jara x’jivvinta”. Angie qalet “Temmnu li dan huwa nannu!... Meta narak għalija tidher vera żgħir!”

B’Kevin jweġibha u jgħid li... “ilu 5 snin nannu”

Kevin jaħdem bħala bejjiegħ tal-propjeta. Darba ġratlu waħda tinkiteb. Fuq Ħadd Għalik, Kevin qal...”kont f’house of character qed norrijha lin-nies, kienet għadha mhux lesta u staqsewni jekk għandiex bejt, tlajt fuq jien u dawk mexjin warajja. F’daqqa waħda inżilt! Kien hemm żewġ xorok u ċedew bijja”.

Kevin dakinhar kien weġġa’ daru, idejh u rasu! “Għamilt 6 xhur bil-harness ġo dahri għax kelli biċċa mir-rukkell ta’ dahri mkisser sew”. B’kumbinazzjoni, l-kopja li kien qed juriehom id-dar kienet taħdem ġo sptar u għenitu ħafna dak il-ħin.

Ara l-intervista kollha hawn:


Anthony Baldacchino