Angele Camilleri kitbet post ta’ qsim il-qalb fuq Facebook. Omm li marret tiġbor xirja mingħandha, ħadet magħha tarbija ta’ ftit xhur li għandu kundizzjoni. Saħansitra ħadet karti tat-tobba biex tipprovaha.

Sfortunatament din l-omm u żewġha jinsabu f’qagħda finanzjarja ħażina minħabba mard u l-omm ma tistax taħdem għax trid toqgħod mat-tarbija 24 siegħa kuljum.

L-omm għandha bżonn ħalib speċifiku għat-tarbija tagħha peress li hija l-unika ħaġa li jista’ jżomm. Hija qiegħda titlob lil xi ħadd biex ġentilment jipprovdilha dan il-ħalib: Nestle mio latte di crescita ċereali.

Kwalunkwe donazzjoni oħra tkun apprezzata u aċċettata bil-BOV mobile jew Revolut fuq 99067562.

Facebook/Angele Camilleri


Bernard Xuereb