Segwaċi tal-paġna GWIDA.mt qasmet magħna l-istorja ta’ kif missierha ħelisha ħafif dalgħodu waqt li kien qiegħed l-għalqa, u fl-istess ħin kien hemm kaċċatur.
L-anzjan ta’ 63 sena “ħa xokk kbir meta hu u ħiereġ mill-għalqa tiegħu. Jisma’ 2 tiri viċin, u nduna li min spara laqatlu l-karozza li kienet ipparkjata.” Dan it-tir spiċċa laqat it-tieqa ta’ wara tal-karozza, fin-naħa tal-passiġġier. “Nirringrazzjaw l’Alla li ma kienx hemm xi passiġġier, għax kien ikorri sew” qalulna.
“Kieku t-tiri ġew 5cm lejn il-lemin kienu jkorruh, apparti l-qatgħa li ha” qaltilna din il-persuna, filwaqt li rringrazzjat lill-pulizija li marru malajr fuq il-post, hekk kif il-kaċċatur ħarab mill-għalqa tiegħu.
Hi xtaqet tagħmel appell biex il-“kaċċaturi filwaqt li jgawdu d-delizzju tagħhom, jieħdu l-kunsiderazzjoni li madwarhom hemm in-nies.”