Illum Moira Delia għamlet appell lill-Gvern Malti u lill-Animal Welfare biex jintroduċu skema ta’ tiswija malajr kemm jista’ jkun. Din l-urġenza għal skema ta’ sterilizzazzjoni tiżdiet peress li hemm numru ta’ rapporti ta' annimali abbandunati.

“Għanda bżonn sistema ta’ sterilizzazzjoni, emm għall-qtates kif ukoll għall-klieb. Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk! Dan ma jistax ikun li jkollna dan l-ammont ta’ telefonati kull filgħodu, aħna bħala feeders, il-kwantità ta' qtates milquta mill-karozzi jew morda, ma jistax tkun,” qalet Moira.

“Għandna bżonn din l-iskema malajr kemm jista’ jkun,” talbet Moira, “kulħadd ilu jitlob dan għal żmien twil ħafna. Agħtuna din l-iskema li tassigura li jbatu inqas annimali! Illum qabel għada.”

Facebook/Moira Delia


Bernard Xuereb