Il-paġna tal-Health Promotion and Disease Prevention Directorate ħabbret dwar ħabbret pariri għall-ġenituri li għandhom tfal taħt il-ħames snin li dawn qed jippreparaw biex jirritornaw lura lejn l-iskola. 

Il-paġna xerrdet tabella fejn qed tappella lill-ġenituri biex iħeġġu lil uliedhom idaħħlu l-attivitajiet fiżiċi fil-ġurnata tagħhom. Dan hu bżonnjuż għalihom biex iżommu sani u attivi. Jagħti parir biex it-tfal taħt il-ħames snin ikollhom minn tal-inqas 180 minuta kuljum attivitajiet fiżiċi, li jammontaw għal madwar tliet sigħat.

Importanti li t-tfal ikunu taħt għajnejn il-ġenituri biex ma jkunx hemm inċidenti bla bżonn. Waqt dawn it-tliet sigħat, siegħa minnhom għandha tinkludi attivitajiet bħal żfin, kant, qbiż fil-hoola hoops, jew anke li jigħaddu l-ballun lil xulxin.

Xerred dan l-avviż speċjalment ma' ġenituri li għandhom tfal ta' din l-età.

Facebook/ Catholic and Proud


Kyle Zarb