L-iskejjel qed iħeġġu lill-ġenituri li ma jħallux it-tfal jaraw Squid Games ta’ Netflix minħabba xeni u sfidi perikolużi li qed jintwerew fih.

Is-serje tal-Korea t’Isfel, li bħalissa hija l-iktar waħda popolari madwar id-dinja, tiffoka fuq wirja ta’ logħob fittizju li fiha karattri milquta mill-faqar li jikkompetu f’serje ta’ logħob li jilagħbuha mal-mewt biex jirbħu premju fi flus kontanti ta’ £27 miljun.

Id-drama infatti tista' tgħid fiha xeni makabri fejn il-karattri jiġu maqtula b'mod orribbli, wieħed ikollu ċans jara l-kontestanti jieħdu sehem f’numru ta’ logħob tradizzjonali tat-tfal, bir-rebbieħa jmorru għall-istadju li jmiss.

L-ispettaklu kontroversjali issa ħalla l-iskejjel iħeġġu lill-ġenituri biex jissorveljaw dak li wliedhom qed jaraw fost il-biżgħat li jaġġixxu bħalhom. Taħseb li għandu jsir hekk hawn Malta?


Emil Calleja Bayliss