Il-paġna tat-tim tal-futbol Floriana FC ħabbret il-mewt tal-eks president tal-klabb, Anthony Grech Sant. 

Huma kitbu “b’sogħba kbira li nħabbru l-mewt tal-ex President tal-Furjana Football Club Anthony Grech Sant.  Anthony Grech Sant rebaħ l-unuri maġġuri lokali kollha ma’ Floriana Football Club inkluż il-Kampjonat storiku tal-25 League fl-istaġun 1992-93.  Il-wirt ta’ Anthony Grech Sant jibqa’ jgħix fil-memorji u l-qlub tagħna lkoll.”

Il-kantant maħbub Kevin Borg ukoll kiteb messaġġ dwar din it-telfa. “Minbarra li kien eks President tal-Floriana Fc, Anthony Grech Sant kien ħabib kbir man-nannu tiegħi Francis (Frans) u smajt stejjer mill-isbaħ migħand missieri dwaru.”

Strieħ fis-sliem, għażiż Anthony.  Kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb tiegħu.


Marija Bellia