Omm il-kantanti Fabrizio u Claudia Faniello rajnieha tikseb fama fl-ewwel staġun ta' X Factor is-sena. Mhux hekk biss talli ħafna kienu tal-opinjoni li din kellha tkompli l-avventura tagħha. It-talent tal-familja żgur li ġej mingħand Anna Faniello, li wieħed dejjem jista' jgħid żammet lura sabiex tara t-tfal tagħha jikbru u jagħmlu suċċess.

Ritratt: Facebook / Sebastian Calleja

Kollox jindika li ħa jkun hemm xi tip ta' kollaborazzjoni bejn Anna Faniello u l-kantant Sebastian Calleja. Dan l-aħħar lil Sebastian rajnieh jiddomina l-klassifiċi lokali bil-kanzunetta Touch. Fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu, il-kantant xeħet ritratt ma' Anna Faniello u l-produttur, kompożitur u kantant Dominic Cini. 

Ħa jkollna nistennew ftit sabiex naraw eżatt x'qed jagħmlu dawn it-tnejn u niskopru x'hemm jinħema fil-forn, imma ċertament li t-talent ta' dawn il-kantanti minn Ħal Qormi ħa jispikka. Awguri mill-qalb! 

Alana Bondin - Facebook / Anna Faniello


Emil Calleja Bayliss