Anna Bonanno kienet l-ewwel mara fuq ix-xandir, hi tgħid li tinsab kburija li tul is-snin tagħha li għamlet bħala ġurnalista ħajret numru ta' nisa jidħlu f'din ix-xena wkoll.
Bdiet il-karriera tagħha bħala għalliema, iżda kull ma damet ftit xhur f'din il-linja. Kienet ħasset li t-triq tagħha kellha tkun x'imkien ieħor u minn hemm kienet daħlet bħala ġurnalista.
Hi waqfet mill-PBS lura fl-2004 u minn hemm kellha diversi avventuri oħra, infatti spiċċat irritornat lura lejn l-Università wara madwar tletin sena fejn iffukat fuq it-traduzzjoni. Xi ħaġa kemxejn differenti minn dak li kienet imdorrija tagħmel.
Anna titkellem il-midja soċjali, titkellem dwar il-messaġġi ta' mibegħda li naraw. Ovvjament, tistqarr li dawn l-affarijiet idejquha għax jispiċċaw ikissru lil dak li jkun. Dan kollu minħabba l-fatt li dak li jkun ma jkunx qabel miegħu. Tgħid li l-midja soċjali hi meraviljuża iżda għodda li taqta' miż-żewġ naħat.
Meta l-preżentatriċi staqsiet jekk għadx nerġgħu narawha... tgħid li tixtieq, qatt ma tgħid le żgur li le. X'Sar Minnhom jixxandar fuq TVM kull nhar ta' Ħamis fl-22:05.