Il-vaċċini kollha jistgħu jipproteġuk minn mard serju u mewt ikkawżat mill-Covid-19. Madanakollu importanti li wara li nkunu imlaqqma, għandna nibqgħu nimxu mal-prekawzjonijiet li l-awtoritajiet tas-saħħa kontinwament ixerrdu. Imlaqqam u le, int għandek xorta waħda:

Tilbes maskra

Iżżomm distanza soċjali sigura

Tiftaħ it-twieqi

Tgħatti bil-minkeb jekk tisgħol jew tagħtas

Żomm idejk nodfa

Dan kollu jista' jgħin biex tipproteġi lilek innifsek, tipproteġi lil ta' madwarek, tevita li jaffettwawk varjanti oħrajn li jinxterdu, u finalment tikkontrolla l-imxija. B'dan inti qed tgħin biex l-isptarijiet ma jintlewx bil-pazjenti b'mard u kumplikazzjonijiet ikkawżati mill-Covid-19, u turi verament l-appoġġ tiegħek lejn it-tim mediku kollu. 

Xerred din it-tabella li tfisser ħafna!


Kyle Zarb