Dalgħodu, il-preżentatur Karl Bonaci tefa’ filmat fuq il-paġna ta’ F Living, u fost diversi suġġetti huwa tkellem dwar l-użu tal-maskri protettivi.

Minħabba l-pandemija tal-Covid-19 id-dinja kollha kellha tibda tagħmel użu minn dawk il-maskri sabiex nipproteġu lilna nfusna minn dan il-virus. Karl qal li l-użu tal-maskra mhux biss proteġa lin-nies mill-Covid-19, iżda wkoll minn diversi rjieħat oħra. Qal ukoll li anke jekk jinqata’ l-użu tal-maskra mandatorja, hu ser jibqa’ jużaha f’postijiet bħal kjus, undergrounds u fejn ikun hemm massa ta’ nies.

Dan il-kliem Karl qalu wara li semma l-protesta kontra l-użu tal-maskri li kien hemm ilbieraħ lejn Tas-Sliema.

Hawn min se jagħmel bħal Karl Bonaci u se jibqa’ juża l-maskra anke wara li ma tibqax mandatorja?

Facebook / F Living


Henzley  Bezzina