Nhar is-Sibt li għadda, l-għaqda tal-attivisti Animal Liberation Malta ħarġu jipprotestaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja fil-Belt Valletta.
Fl-avveniment, tliet attivisti ewlenin saħqu kontra l-użu tal-karozzini u l-krudeltà li jsofru minnha ż-żwiemel, speċjalment fis-sħana ta' Malta.
L-attivista Tanya Fontebasso spjegat li din hija "tradizzjoni inutli" li twaqqfet f'bosta pajjiżi madwar id-dinja.
F'dettalji u filmati makabri l-ALM spjegaw it-tbatija li jgħaddu minnha ż-żwiemel, fosthom billi jagħmlu madwar 10 sigħat iduru fit-toroq perikolużi.
L-ALM qed jagħmlu pressjoni liema bħala biex titwaqqaf din it-tradizzjoni. Inti taqbel magħhom?
Facebook / Animal Liberation Malta